FRATERNITA’ SEKULARI CHARLES DE FOUCAULD

MALTA

 

                                                                                                                             

Laqgħa tal-1 ta’ Dicembru, Anniversarju tal-Mewt ta’ Charles de Foucauld

Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha, imma jekk tmut tagħti ħafna frott’

                                                                                                                                                             Ġw. 12,24

 

Għeżież aħwa u ħbieb tal-Fraternita’,

 

Reġa’ wasal l-1 ta’ Dicembru u mill-ġdid nixtiequ nfakkru dan l-anniversarju biex niġġeddu bħala nies li għażlu li jgħixu l-Evanġelju u jimxu wara Ġesu’ fuq il-passi tal-Beatu Charles.

 

Għal dan il-għan ħsibna li dis-sena bħala tema nieħdu s-sentenza li tant kien iħobb jikkwota de Foucauld – ‘Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha, imma jekk tmut tagħti ħafna frott.’

 

X’kien ifisser għal Charles dan il-vers li qal Ġesu’? Kif ipprova jgħixu tul il-fażijiet differenti ta’ ħajtu? U kif twettaq dan il-kliem ta’ Ġesu’ permezz tal-ħajja ta’ dan id-dixxiplu tal-Mulej?

 

Data:  Il-Ħadd 28 ta’ Novembru 2010

Post:   Il-Kapuccini Floriana

Ħin:    9.30 am sas-1pm

 

Bħas-soltu nibdew b’siegħa Adorazzjoni fis-skiet. Ikollna Quddiesa f’nofsinhar.

Jien u Francesco se nippruvaw nesploraw magħkom dal-kliem fil-laqgħa ta’ riflessjoni fl-anniversarju ta’ dis-sena. Għalhekk nistednukom tkunu magħna biex flimkien ngħinu lil xulxin biex dan il-kliem

nagħmluh

tagħna wkoll.

 

       

 

Mela, nittamaw li niltaqgħu ma ndumux. Insellu ħafna għalikom, u nitolbu għal xulxin u għal kull min għandu ‘dritt’ għat-talb tagħna, kemm vicin u kemm fil-bogħod. J’Alla dan l-Avvent li ġej ikun żmien ta’ grazzja u tiġdid għalina lkoll.

 

Fraternament,

 

 

 

 

Anna u Francesco