Xi Hsiebijiet ta’ Huna Charles de Foucauld
Nazaret . . .
“Nixtieq ħafna li fl-aħħar nibda ngħix dik il-ħajja li lmaħtha meta kont interraq ġewwa Nazzaret, f’dawk it-triqat li fuqhom kienu rifsu qabli r-riġlejn tal-Mulej li kien mastrudaxxa jgħix moħbi u mwarrab”.
Nimita l-ħajja moħbija tal-Mulej tagħna fil-faqar.
meta dak li nħobb għaddieha fl-aħħar post.
Din il-ħajja ta’ Nazaret
hemm bżonn ngħixuha qalb l-erwieħ morda,
in-nagħaġ l-aktar minsija.
In-Nisrani huwa dejjem
ħabib ħelu ta’ kulħadd.
Hu jew hi għandu jkollu jew ikollha
għal kull persuna oħra
l-istess sentimenti li għandha l-Qalb ta’ Ġesu’.
Li naqraw u nerġgħu naqraw bla heda il-Kelma Mqaddsa biex inżommu f’moħħna l-imġieba, il-kliem u l-ħsibijiet ta’ Ġesu’ biex b’hekk naħsbu, nitkellmu u inġibu ruħna bħal Ġesu’ nimxu fuq l-eżempji u t-tagħlim tiegħu, u mhux id-drawwiet u l-ezempji tad-dinja li malajr naqghu fihom meta nneħħu għajnejna minn fuq il-Mudell Divin.