Deskrizzjoni tal-Fraternita’.
FRATERNITA’ SEKULARI CHARLES DE FOUCAULD
· F’Malta twaqqfet fl-1977
· Charles de Foucauld (1858-1916)
· Tiġbor fiha rġiel u nisa, li fuq l-eżempju ta’ Charles de Foucauld, jixtiequ jgħinu lil xulxin biex jimxu wara Ġesù u jgħixu l-Evanġelju u jaghjtuh b’hajjithom.
· Originarjament biex irawwem lajci li lesti jaghtu xhieda tal-Vangelu f’artijiet Musulmani u biex jikber is-sens ta’ fraternita’ universali
vaffiljata mal-Fraternita’(jiet) Internazzjonali Charles de Foucauld,
a) It-tfittxija u l-merħba bla heda ta’ l-Iben Inkarnat ta’ Alla, li sar “iben il-mastrudaxxa” (Mt. 13:55).
b) “Li jgħajtu l-Evanġelju b’ħajjithom”.
c) Solidarjetà mal-fqar – il-preżenza ħajja ta’ Kristu fid-dinja.
d) It-tfittxija għall-għaqda u l-ħbiberija universali mal-knejjes, reliġjonijiet u ġnus kollha tad-dinja.
a) Billi jadurawh u jircevuh fl-Ewkaristija – il-preżenza reali ta’ Alla fostna.
b) Billi jisimgħu Kelmtu – fuq kollox fl-Evanġelju.
c) Billi jfittxuh personalment fit-talb (personali) tagħhom, fl-irtiri, fil-jiem ta’ “deżert”, u fit- telqien tagħhom infushom f’idejn Alla.
d) Billi jħobbu u jaqdu lil Kristu fi sħabhom bnedmin, l-iżjed dawk svantaġġjati (bl-inqas vantaġġi).
a) Jgħixu ħajja semplici, waqt li jafu bil-perikli u l-ġibda tas-socjetà materjalistika.
b) Jaqsmu n-niket, it-tamiet u l-konflitti tagħhom fit-tfittxija għall-vera libertà.
c) Jagħrfu li l-bnedmin kollha huma ġirien u aħwa, iżda l-iżjed dawk li jħossuhom mitluqin fiżikament, socjalment, materjalment, psikoloġikament jew spiritwalment.
a) Biex jifhmu u jħobbu lil xulxin u li jintebħu bil-ħtiġijiet ta’ l-oħrajn, ikunu x’ikunu.
b) Għal konverżjoni vera tal-qalb, l-iżjed bir-Reviżjoni tal-Ħajja, fejn huma msejħa jagħrblu l-ħajja personali u pubblika tagħhom skond ma jitlob minnhom il-Vanġelu.
c) Għal qsim tassew, li għandu bħala bażi c-caħda ta’ mentalita’ individwalista, ħalli jfittxu użu iżjed kommunitarju tal-ħwejjeġ materjali. (li jissopponi minn qabel ic-caħda tal-privileġġi ħalli jfittxu użu iżjek kommunali tal-ħwejjeġ materjali.)